Tfal bl-awtiżmu umiljati u diskriminati – Sant

Il-Membru Parlamentari Ewropew, Alfred Sant qal li kien konkluż minn studju li sar tul tliet snin dwar tfal b’sinjali ta’ awtiżmu, li dawn it-tfal għandhom bżonn kura kostanti. Sant qal li l-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa qed juru lui 1 minn kull 160 tifel u tifla għandhom sinjali ta’ Awtiżmu.

Sant tkellem favur il-ħtieġa ta’ azzjonijiet li jridu jkunu meħuda. Fosthom, tkellem dwar il-koordinament bejn l-istati membri tal-Ewropa li jwassal għal numru ta’ strateġiji nazzjonali fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea bbażati fuq il-linji gwida komuni u prattiċi. Hu qal li persuni b’sinjali ta’ awtiżmu għadhom soġġetti għall-umiljazzjoni u d-diskriminazzjoni filwaqt li għadhom imċaħħda milli jipparteċipaw fil-komunitajiet tagħhom.