Tfal bl-awtiżmu jiltaqgħu ma’ Santa Claus

Fil-ħwienet madwar l-Amerika, it-tfal huma anzjużi biex jiltaqgħu ma’  Santa Claus f’dan l-istaġun tal-vaganzi. Il-postijiet kummerċjali qed isiru dejjem aktar iffullati ma’ xerrejja waqt il-vaganzi u l-miżgħuda b’nies li jwasslu biex xi tfal jibdew jibżgħu b’dak li jkun għaddej: mużika tgħajjat u ġiri minn post għall-ieħor.

Minħabba li l-ħsejjes u d-dwal qawwija dawn jistgħu jkunu ta’ tfixkil għal tfal bl-awtiżmu li spiss ikollhom diżabbiltajiet tas-smigħ. Minħabba f’hekk ingħaqdu żewġ organizzazzjonijiet biex joħolqu ambjent aktar kalm għat-tfal biex jiltaqgħu ma’ Santa Claus.

Dawn l-għaqdiet huma l-Autism Speaks u ċ-Cherry Hill Programmes. Huma qed jagħmlu s-Santa Cares fil-postijiet tax-xiri madwar il-pajjiż. Issa xi postijet minn dawn qed jinfetħu kmieni għal dawn l-avvenimenti u għalhekk se jkunu inqas okkupati u b’inqas attività għaddejja. Id-dwal se jittaffew u l-mużika titbaxxa u hekk jippermettu lit-tfal iżuru lil Santa Claus f’ambjent aktar kalm.

Santa Claus innifsu se jaddatta ruħu għal avvenimenti ta’ Santa Cares  b’taħriġ dwar kif jistgħu jintegraw ma’ tfal bi bżonnijiet speċjali. Santa se jpoġġi fuq l-art jew joqgħod wara s-siġġu biex jiżgura li kull tifel ikun komdu waqt li jittieħdu r-ritratt tal-okkażjoni.

Din is-sena se jkun hemm 747 avveniment f’Santa Cares f’582 ċentri kummerċjali fl-Istati Uniti u l-Kanada. Cherry Hill Programmes iżomm dawn l-avvenimenti ukoll matul l-Għid sabiex it-tfal ikunu jistgħu jżuru l-Bunny tal-Għid f’ambjent aktar kwiet.

Santa Cares u l-avvenimenti tal-Bunny Cares it-tnejn jibbenefikaw lill-Autism Speaks. Mill-2015 inġabru aktar minn $ 733,318 f’dawn l-avvenimenti għalihom.