Tfal bil-Covid-19: Mhux relatati ma’ Skolasajf

File Photo

Read in English.

It-tfal li dalgħodu ġew inklużi fl-aġġornament mediku tal-coronavirus f’Malta ma kinux qed jattendu SkolaSajf.

Dan ikkonfermatu kelliema għall-Ministru għas-Saħħa li ma’ Newsbook.com.mt spjegat ukoll li l-erbat itfal kienu diġà kwarantina minħabba każi pożittivi fil-familji tagħhom.

Tliet aħwa ta’ 5, 8 u 11-il sena huma mill-cluster tal-festa ta’ Santa Venera filwaqt li hemm persuna oħra ta’ 4 snin li kellu kuntatt ma’ persuna oħra li rriżulta pożittiv fil-ġranet ta’ qabel.

Dawn l-erbat iftal kienu parti mill-grupp ta’ 20 li rriżultaw pożittivi għall-coronavirus fl-aħħar 24 siegħa.