“Tfal b’diżabilità m’għandhomx jintbagħtu d-dar jekk l-LSE bis-sick”

Down syndrome adozzjoni

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal jinsab imħasseb dwar is-sitwazzjoni tat-tfal li m’humiex jitħallew imorru l-iskola jekk għal xi raġuni, il-Learning Support Educator (LSE) ma tmurx għax-xogħol.

Fi stqarrija ġie spjegat li l-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda tiggarantixxi d-dritt għall-edukazzjoni tajba lit-tfal kollha. Qal li l-Konvenzjoni tenfasizza ukoll li t-tfal b’diżabilità għandhom ikollhom aċċess effettiv għall-edukazzjoni.

Il-Kummissjoni sostniet li l-Edukazzjoni hija dritt fundamentali u għalhekk l-Uffiċċju ħeġġeġ lill-awtoritajiet biex jaħdmu flimkien sabiex isibu soluzzjoni li ma jkolliex impatt negattiv fuq it-tfal.

Din l-istqarrija ħarġet wara artiklu tal-ġurnal Times of Malta li spjega li t-tfal b’diżabilità qed jintbagħtu lura d-dar mill-iskola meta l-LSEs ikunu bis-sick. Dan hekk kif l-Union tal-Għalliema Maltin (MUT) u l-Union għall-Edukaturi Professjonali ħarġu direttivi li jgħidu lil-LSEs sabiex ma jgħinux lill-kollegi tagħhom li jkunu sick billi jieħdu posthom għal dak il-perjodu.