Tfal b’diżabilità ma jistgħux jattendu summer school li jridu – PN

Il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Edukazzjoni Joe Cassar, qal li l-PN jinnota li l-familji ta’ tfal b’diżabilità u bi bżonnijiet speċjali qed jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex uliedhom ikunu jistgħu jattendu summer schools tal-għażla tagħhom.
Fi stqarrija, Joe Cassar qal li l-Gvern, permezz ta’ għajnuna finanzjarja jew ta’ riżorsi umani oħra, għandu jgħin lis-summer schools kollha, anke dawk tal-Knisja u tas-settur privat, biex tfal bi bżonnijiet speċjali jkunu jistgħu jieħdu sehem bħal tfal oħrajn.
Joe Cassar sostna li l-Gvern għandu jimxi fuq il-passi ta’ Gvern Nazzjonalista li kien estenda l-appoġġ tal-Learning Support Assistants fl-iskejjel tal-Knisja u dawk privati.