Tfal awtistiċi Għawdxin b’iktar għajnuna fit-tagħlim tal-Katekiżmu

It-tfal Għawdxin b’kundizzjoni awtistika se jingħataw iktar għajnuna fit-tagħlim tal-katekiżmu.
Dan sar permezz ta’ għotja mis-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana, li laqgħet talba tad-Djoċesi ta’ Għawdex.
Il-materjal ġie ppreżentat lill-Isqof Mario Grech waqt żjara fil-Konservatorju tal-Isqof fir-Rabat Għawdex.
Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana fissret li b’din l-għotja u permezz ta’ inizjattivi oħrajn, il-Gvern qed iħeġġeġ iktar inklużjoni għall-persuni fil-firxa tal-awtiżmu.
Ritratti: MFSS_PS