Tfajla titressaq il-qorti wara li aggrediet lil sid il-kera

Tfajla qalet li s-sid tal-kera mar fl-appartament tagħha, u wara li sabha nofsha liebsa, hu pprova jimbotta lilu nnifsu għal fuqha. It-tfalja ta’ 22 sena li allegatament ma kinitx ħallset il-kera, ġiegħlet lil sid il-kera jaqtagħlha l-provisti tal-ilma u tal-elettriku fl-appartament tagħha.

Sid il-kera, jidher li mar fl-appartament tagħha lejliet il-festa pubblika ta’ Santa Marija, u t-tfajla allegatament weġġgħatu u hedditu. L-avukat difensur qal li t-tfajla weġġgħet lil sid il-kera propju fil-ħin meta hu pprova jimbotta lilu nnifsu fuha. L-avukat difensur qal li t-tfajla għamelt dan biex tipproteġi lilha nfisha.

Il-Pulizija, aktar tard irċeviet rapport dwar l-allegat frodi mill-inkwilin li kien forna dettalji personali foloz dwar il-ftehim tal-kera. Il-prosekuzzjoni spjegat kif il-Pulizija ppruvat tagħmel kuntatt mat-tfajla, iżda l-mowbajl kien dejjem qed ikun mitfi. It-tfajla allegatament ħadet ukoll sett tat-televiżjoni u DVD mill-appartament li hu mikri lilha.

It-tfajla qalet li mhix ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha u saqsiet għal ħelsien mill-arrest. Il-qorti imponiet fuq it-tfajla li għandha tkun id-dar bejn l-10pm u s-6am, filwaqt li tiffirma fl-għassa tal-Pulizija kuljum. It-tfajla issa qed toqgħod ma’ qaribha tagħha x’imkien ieħor.