Tfajla tweġġa’ gravi hekk kif intlaqtet b’mutur

jaqa travu gravi

Tfajla ta’ 26 sena weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn mutur misjuq minn raġel Ingliż ta’ 28 sena.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li l-inċident seħħ fi Triq Ġorġ Borg Olivier f’San Ġiljan għall-ħabta tas-7.15pm.

Il-mara ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.