Tfajla tweġġa’ gravi f’inċident tul il-lejl

Read in English.

Tfajla weġġgħat gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku. Skont stqarrija maħruġa mill-Pulizija, it-tfajla għandha 22 sean u tgħix l-Imġarr.

Hi kienet qed issuq il-karozza tagħha meta tilfet il-kontroll u ħabtet. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30pm fi Triq il-Kosta, in-Naxxar.

Fuq il-post issejħet ambulanza fejn it-tim mediku assista lit-tfajla sakemm ittieħdet l-isptar Mater Dei. Aktar tard hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.