Tfajla tweġġa’ gravi bil-mutur

Mutur karozzi accident msida marina
Arkivji

Tfajla li kienet qed issuq mutur f’Birkirkara weġġgħet gravi wara li kellha inċident ma’ vettura oħra. L-inċdient seħħ fi Triq Sir Anthony Mamo għall-ħabta tas-6.15am ta’ dalgħodu.

It-tfajla għandha 19-il sena u hija residenti Ħal Qormi.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li t-tfajla ttieħdet immedjatament l-isptar Mater Dei fejn qed tirċievi l-kura.

Il-vettura kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 44 sena minn San Ġwann li ma ġarrab l-ebda ġrieħi.