​Tfajla tweġġa’ f’inċident tat-traffiku f’Ħal Far

Tfajla ta’ 24 sena miż-Żurrieq ġarrbet xi ġrieħi meta dalgħodu kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Far.
Il-ħabta seħħet għall-ħabta tas-5.45am, bejn vann misjuq minn żagħżugħ ta’ 25 sena u karozza sportiva misjuqa minn żagħżugħ ta’ 20 sena. Iż-żewġ sewwieqa huma minn Ħal Kirkop.
Il-feruta kienet passiġġiera fil-vann.
Hi ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġiet iċċertifikata li mhix fil-periklu tal-mewt.