Tfajla tweġġa’ f’inċident f’Burmarrad

Tfajla ta’ 20 sena minn Ta’ Kerċem, li kienet qed issuq mutur sofriet ġrieħi ħfief wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Burmarrad.
Kien għal ħabta tal-11 ta’ dalgħodu li fi Triq Burmarrad seħħet il-ħabta bejn il-mutur u karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 24 sena minn San Pawl il-Baħar.
It-tfajla ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.