Tfajla tqila tammetti li ttraffikat id-droga fil-Marsa

Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta
Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta

Read in English.

Tfajla ta’ 20 sena mill-Birgu, li lbieraħ ġiet arrestata waqt rejd tad-droga fil-Marsa ngħatat il-ħelsien mill-arrest wara li ammettiet l-akkużi miġjuba kontriha.

Il-mara li qiegħda tistenna tarbija, ilbieraħ ġiet arestata mill-pulizija f’garaxx il-Marsa. Wara diversi jiem ta’ osservazzjoni l-pulizjia ngħatat l-ordni biex tiċċirkonda l-garaxx u l-madwar u tidħol fil-propjeta. F’waħda mill-kmamar il-pulizija sabet 63 qartas tal-eroina, 110 qratas kokaina u 15-il qartas crack cocaine, li kienu  kollha lesti f’kontenituri sabiex jinbiegħu. Fl-istess kamra nstab ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti. Il-valur fit-triq, ta’ din id-droga ileħħq l-€4,000.

Quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima, it-tfajla ġie akkużata li kellha fil-pussess tagħha d-droga kokaina, eroina u cannabis u li ma kinux għall-użu personali tagħha.

Fil-Qorti l-mara qalet li ma taħdimx u wieġbet ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha. Il-Qorti tatha diversi opportunitajiet biex tirrinunzja l-ammissjoni tagħha.

L-avukati tal-mara, Franco Debono, Amadeus Cachia u Francesca Zarb talbu lill-Qorti biex is-sentenza tingħata fil-qorti relatata mad-droga. Huwa talbu l-ħelsien mill-arrest tat-tfajla sakemm tingħata s-sentenza. Min-naħa tagħha l-prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Il-Qorti laqgħet it-talba tad-difiża għall-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €10,000. Il-Qorti ordnat ukoll li l-mara tiffirma l-bail book darbtejn fil-ġimgħa u żżomm mal-curfew. Il-mara ġiet ordnata biex ma tersaqx lejn iż-żona tal-Marsa.