Aġġornata: Tfajla tmut fil-mina ta’ San Ġiljan

Rumena ta' 19-il sena residenti l-Italja tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku.
Kelliema għall-Pulzija qalet lil Newsbook.com.mt li t-tfajla ttajret fl-4.30am minn taksi fil-mina li minn Triq Mikiel Anton Vassalli tagħti lejn San Ġiljan.
Il-vettura kienet qed tinstaq minn raġel ta' 59 sena li joqgħod il-Mosta.
It-tfajla mietet fuq il-post.
Ritratt: Arkivji