Tfajla tittieħed l-isptar għall-kura wara li l-karozza li kienet fiha nqalbet

Newsbook jinsab infurmat li tfajla ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura wara li l-karozza li kienet passiġġiera fiha nqalbet.

Dan wara li seħħet ħabta bejn żewġ karozzi fi Triq Għar Dalam f'Birżebbuġa.

Jirriżulta li l-ħabta seħħet bejn vettura misjuqa minn tfajla ta' 22 sena li kellha riekba magħha mara ta' 56 sena residenti Marsaxlokk u vettura oħra misjuqa minn żagħżugħ ta' 20 sena mir-Rabat Għawdex, li kellu riekba miegħu tfajla ta' 19-il sena residenti n-Nadur Għawdex. Din ittieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura fejn kienet iċċertifikata li sofriet biss minn xokk.