Tfajla tittajjar minn karozza; tweġġa’ gravi

Tfajla ta’ 19-il sena weġġgħet gravi wara li ttajret minn karozza fl-Imsida.
L-inċident seħħ ftit wara l-11am fi Triq ix-Xatt.
It-tfajla li hi mill-Oman u tgħix Birkirkara, intlaqtet minn karozza misjuqa minn mara ta’ 68 sena mill-Gżira.
Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.