Tfajla tittajjar minn vann f’Raħal Ġdid

Tfajla ta’ 24 sena ntlaqtet minn vann f’Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ fi Triq il-Palma għall-ħabta tal-11.30am.
It-tfajla, residenti Pembroke, intlaqtet minn vann misjuq minn raġel ta’ 28 sena minn Marsaxlokk waqt li kienet qed taqsam it-triq.
Hi ngħatat l-ewwel għajnuna mill-Pulizija.
Fuq il-post marret ambulanza li ħadet it-tfajla l-isptar Mater Dei.
Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.
Aktar dettalji kif jidħlulna.