Aġġornata (1): Tfajla tintlaqat minn vettura f’Marsascala

Tfajla ta’ 24 sena minn Marsascala, ntlaqtet minn vann fi Triq il-Qaliet f’Marsascala fid-direzzjoni taċ-ċentru tal-istess lokal.

Mill-ewwel investigazzjoni jirriżulta li l-vettura kienet misjuqa minn raġel ta’ 34 sena residenti Santa Luċija.

Fuq il-post issejħet mill-ewwel ambulanza li ħadet lit-tfajla l-isptar għal aktar kura. Ftit tal-ħin wara sar magħruf li t-tfalja ġarbet biss ġrieħi ħfief.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13:05pm.