Tfajla tweġġa’ wara li waqgħet f’Wied Babu

Tfajla ta’ 18-il sena minn Marsaxlokk sofriet xi ġrieħi wara li waqgħet mill-għoli fi Triq il-Wied, iż-Żurrieq u spiċċat f’Wied Babu.

Mill-istħarriġ preliminari tal-Pulizija jirriżulta li t-tfajla kienet mixja fit-triq meta waqgħet.

It-tfajla ittellat mill-post permezz ta’ ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta li ssejjaħ fuq il-post u ttieħdet lejn l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.

Għall-ewwel it-tfajla ġiet iċċertifikata li ndarbet serjament iżda wara aktar testijiet mediċi jirriżulta li ġarrbet biss ġrieħi ħfief. 

Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.