Tfajla taħseb li l-kelb waqagħlu mnieħru

Fl-Ingliterra Jade Murray kienet qed tieħu ħsieb il-kelb t’ommha, hija ħadet qatgħa meta fuq it-tapit rat l-imnieħer tal-kelb.

Fuq il-paġna personali tagħha t-tfajla rrakkontat li waqt li kienet qed tieħu ħsieb il-kelb t’ommha, xi ħaġa mal-art ġibditilha l-attenzjoni. Hija ħarġet il-kelb barra biex tkun tista’ tara eżattament x’inhi. Kif resqet viċin indunat li mal-art kien hemm imnieħer. Dak il-ħin qabadha paniku kbir u bdiet taħseb kif dan il-kelb ma jistax ixomm aktar.

Hija bdiet timmaġina l-uġigħ li għandu dan il-kelb li kien għadu kemm waqagħlu mnieħru. Ma setgħetx timmaġina kif se tgħid lil ommha li l-kelb waqagħlu mnieħru propju fil-ħin li kienet qed tieħu ħsiebu hi. Wara li rnexxielha tegħleb il-biża, hija qabdet l-imnieħer f’idha u kien dak il-ħin li rrealizzat li l-kelb kien għadu kemm qaċċat imnieħer ta’ wieħed mill-ġugarelli tiegħu.

Fuq Facebook it-tfajla assigurat lil kulħadd li mnieħer il-kelb t’ommha kien għadu f’postu iżda ammettiet li kellha mument ta’ paniku.