Awdjo: Tfajla ta’ 29 sena li ma tridx taf b’facebook

Alexandra, hija tfajla ta' 29 sena, attriċi u tabiba, żagħżugħa bħall-oħrajn għajr għal ħaġa waħda!
Li jagħmilha differenti minn ħaddieħor huwa l-fatt li rreżistiet li timxi mal-kurrent u sal-ġurnata ta' llum, ma tridx taf b'facebook.
Alexandra madankollu tisħaq li ħajjitha baqgħet għaddejja u tħossha kburija li tiftakar għeluq snin sħabha bla ma jkollha bżonn li jfakkarha facebook.
Apparti dan peress li hi tabiba tgħinna nifhmu wkoll l-effetti li facebook iħalli fuq saħħitna u minn lenti ta' attrici tispjega li min qiegħed fuq il-mezzi ta' komunikazzjoni soċjali ħafna drabi jispiċċa jirreċta.
L-intervista sħiħa saret minn George Cremona u xxandret fil-kwizz T'Għomru Qasir fuq RTK.