Tfajla ta’ 19-il sena tweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

Tfajla ta’ 19-il sena minn Ħal Lija weġgħet gravi hekk kif il-karozza li kienet fiha kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Dun Karm, f’Birkirkara. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2pm.

It-tfajla kienet passiġġiera f’karozza li kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 19-il sena mill-Pietà. Huma kellhom impatt ma’ karozza oħra misjuqa minn żagħżugħ ta’ 22 sena mill-Maċedonia ta’ Fuq.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura. Aktar tard hi ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri min ġrieħi gravi.