Tfajla ta’ 15-il sena fil-periklu tal-mewt wara li tittajjar minn vettura fil-Birgu

Tfajla ta’ 15-il sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajret minn vettura fil-Birgu. L-inċident seħħ meta t-tfajla kienet qed taqsam Triq il-Kottonera, flimkien ma ħuha ta’ sitt snin. It-tfajla u ħuha ntlaqtu minn vettura li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 38 sena resident l-Pietà.  Il-karozza kienet sejra fid-direzzjoni ta’ Ħaż Zabbar.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tfajla u lit-tifel l-isptar Mater Dei għall-kura.  Iktar tard it-tfalja  ta’ 15-il sena ġiet iċċertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt, filwaqt li t-tifel ġarrab ġrieħi ta’ natura ħafifa. 

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.