Tfajla ta’ 13-il sena tintlaqat minn karozza

Tfajla ta’ 13-il sena sofriet  ġrieħi gravi imma mhux fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ filgħaxija ntlaqtet minn karozza fl-Iklin.

Għall-ħabta tad-disa’ u għoxrin ta’ filgħaxija, it-tfajla kienet sejra lura d-dar bir-rota fi Triq il-Wied, meta fuq il-karreġġjata li tagħti għan-Naxxar, intlaqtet minn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 20 sena mis-Swieqi.

Fil-karozza kien hemm ukoll tfajla ta’ 20 sena min-Naxxar.