Qtugħ f’saqajha wara li ntlaqtet minn skrun ta’ dgħajsa f’Kemmuna

Tfajla ta’ 24 sena sofriet minn qtugħ f’saqajha wara li ntlaqtet minn skrun ta’ dgħajsa fil-Blu Lagoon f’Kemmuna.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar. It-tfajla kienet mgħejuna mil-lifeguards u ttieħdet ix-xatt tal-Imġarr permezz tal-ambulanza tal baħar. Minn hemm ittieħdet l-Isptar Ġenerali t'Għawdex b’ ambulanza.

Ta’ min jgħid li minbarra s-servizzi tal-lifeguarding f'Kemmuna u l-Bajja tar-Ramla l-Ħamra f'Għawdex, minn għada, dan is-servizz se jkun ipprovdut ukoll fil-bajja ta’ Marsalforn.