Tfajla ssofri minn ġrieħi ħfief wara inċident tat-traffiku fin-Naxxar

Tfajla ta’ 27 sena qed issofri minn ġrieħi ħfief wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku bejn żewġ karozzi.
L-inċident seħħ fi Triq il-Labour, kantuniera ma’ Triq il-21 ta’ Settembru, fin-Naxxar fil-ħamsa ta’ wara nofsinhar.
It-tfajla, li kienet passiġġiera f’waħda mill-vetturi, ittieħdet l-Isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ħfieħ.