Tfajla tweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Tal-Pietà

Inċident stradali seħħ fi Triq ix-Xatt, Tal-Pietà. Ġuvni ta’ 25 sena residenti San Pawl il-Bahar tilef il-kontrol tal-karozza u baqa’ dieħel f’karozza oħra li kienet ipparkjata.

Flimkien mal-ġuvni kien hemm tfajla ta’ 26 sena residenti Tas-Sliema.

Ambulanza ħadet lit-tfajla l-Isptar Mater Dei fejn ġiet ċċertifikata li qegħda ssofri minn grieħi gravi iżda ma tinsabx fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija qed tinvestiga.