Aġġornata: Tfajla Ġermaniża ssib ruħha f’diffikultà fix-Xwejni

Newsbook.com.mt huwa infurmat li tfajla Ġermaniża ta' 15-il sena sabet ruħha f'diffikultà fl-inħawi tax-Xwejni, limiti ta' Marsalforn. Huwa mifhum li t-tfajla kienet miexja u waqgħet fil-baħar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.30pm.
Fuq il-post marru l-pulizija, membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza biex jassistu lit-tfajla.
Intbagħat ukoll ħelikopter tal-Forzi Armati ta' Malta li wara ftit minuti tella' lit-tfajla mill-baħar.
Mix-Xwejni, it-tfajla ttieħdet l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex permezz ta' ambulanza. Hemmhekk hija ġiet iċċertifikata li ma kinitx qed issofri minn ġrieħi gravi.