Tfajla Maltija toħloq sensazzjoni kbira fl-Italja

Haley Bugeja, tfajla Maltija ta’ 16 -il sena lbieraħ ħolqot sensazzjoni kbira lbieraħ fl-Italja meta fid-debut tagħha bħala plejer tal-futbol mat-tim Taljan tal-għola diviżjoni Sassuolo.


Bid-debut tagħha hi skurjat doppjetta kontra Napoli Calcio, gowl isbaħ mill-ieħor li urew it-teknika li tħaddan din it-tfalja Maltija. It-tim rebaħ 3-1 u jinsab fit-tieni post tas-Serie A.Il-prestazzjoni tagħha tant ħolqot sensazzjoni fuq social media li l-filmati mxandra mill-Skysport Italia tal-partita marru ‘viral’.

Bugeja ħalliet bla kliem lill-kummentatriċi Taljana fejn stqarret li d-diriġenti tal-Lyon, l-aqwa tim fl-Ewropa, kien preżenti u ħa nota ta’ Buġeja.


Il-futbol tan-nisa f’Malta qabad sew tant li Bugeja mhix l-unika plejer Malti li jilgħab fl-Italja. Flimkien ma’ Bugeja, hemm Nicole Sciberras ma’ Juventus, Rachel Cuschieri u Emma Lipman li jilgħabu ma’ Lazio u Martina Borg ma’ Sassari. Ylenia Carabott tilgħab fil-Belġju ma’ Sporting Charleroi. Hemm ukoll tliet plejers jilgħabu fl-Ingilterra, Maria Farrugia u Emman Ciantar Piccino ma’ Sunderland kif ukoll Alexandra Gatt li ngħaqdet ma’ Barking Abbey.