Tfajla gravi wara ħabta f’Ħal Qormi

Tfajla ta’ 21 sena minn Ħal Qormi weġġgħet gravi f'ħabta f'Ħal Qormi stess. 
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4pm fi Triq Piazza Narbona, bejn żewġ karozzi, waħda misjuqa mit-tfajla, u l-oħra minn raġel ta' 74 sena minn Ħaż-Żebbar. 
It-tfajla ttieħdet l-isptar b'ambulanza, filwaqt li r-raġel ma ġralu xejn.
Ritratt: Arkivji