Tfajla l-isptar wara ħabta f’Santa Venera

Sewwieqa ta’ mutur ittieħdet l-isptar wara li kienet involuta f’inċident f’Santa Venera.
L-inċident seħħ fejn ir-roundabout ta’ Triq il-Kanun għall-ħabta tal-4pm bejn mutur misjuq minn tfajla ta’ 20 sena mill-Ħamrun u karozza misjuqa minn tfajla ta’ 22 sena residenti Ħal Qormi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieqa tal-mutur l-isptar.
Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.
Ritratt: Arkivji