Tfajla kunjomha Mallia tmut f’inċident fl-Awstralja

Facebook - Matthew Agius

Żagħżugħa ta’ 19-il sena, Casey Mallia, mietet f’inċident tat-traffiku fl-Awstralja.

Skont is-sit Daily Mail, Casey Mallia u Matthew Agius, koppja żagħżugħa telqu minn Sydney is-Sibt filgħodu bil-karozza u ftit sigħat wara kellhom inċident. Mallia mietet u Agius spiċċa fil-periklu tal-mewt.

L-Assistent Kummissarju Michael Corby mit-Traffic and Highway Patrol Command qal li t-traġedja għandha tfakkar fl-importanza li wieħed isuq bil-galbu fi żmien il-vaganzi. Ma kienx hemm aktar karozzi involuti fl-inċident.

Skont rapporti fil-midja lokali, iż-żewġ żgħażagħ huma ta’ dixxendenza Maltija.