Tfajla Indjana tiġi stuprata u mġiegħla taqleb għall-Iżlam

F’Uttar Pradesh fl-Indja, illum faqqgħu bosta protesti wara li tfajla ġiet stuprata f’kulleġġ tal-Koran u ġiet imġiegħla taqleb għall-Iżlam.
It-tfajla, studenta ta’ 20 sena, inżammet bħala ostaġġ għal diversi jiem fil-kulleġġ reliġjuż, viċin Meerut, fejn l-irġiel ħafna irġiel abbużaw minnha sesswalment u wara ġiegħluha tbiddel it-twemmin tagħha.