Tfajla gravi wara li ttajret f’Birkirkara

Tfajla weġġgħet gravi wara li ttajret minn karozza f’Birkirkara.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-każ seħħ fid-9am fi Triq Dun Karm. Il-Pulizija marru fuq il-post fejn sabu li tfajla Taljana ta’ 22 sena residenti l-Iklin intlaqtet minn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 sena residenti Birkirkara.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tfajla l-Isptar Mater Dei.