Tfajla gravi wara inċident bil-mutur

Ambulance

Tfajla qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident meta kienet riekba fuq mutur fil-Mellieħa l-lejl li għadda.

It-tfajla ta’ 19-il sena minn Ta’ Xbiex kienet riekba fuq mutur ma’ ġuvni ta’ 20 sena minn Tas-Sliema. Il-mutur skiddja, laqat tarf il-bankina u spiċċa biex waqa’. Iż-żgħażagħ ittieħdu l-isptar iżda l-ġuvni ħareġ mill-isptar għax ma kellux ġrieħi serji, filwaqt li t-tfajla qed tinżamm għax tinsab gravi.

L-inċident ġara fi Triq il-Marfa fid-9.15pm ilbieraħ.