Tfajla gravi l-isptar wara inċident bi quad-bike

Passiġġiera fuq quad-bike tinsab l-isptar bi ġrieħi ta’ natura gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’San Ġiljan.
Il-Pulizija qalet li kien għall-ħabta tad-9am xħin kienet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Mikiel Anton Vassalli.
Il-ġuvni ta’ 30 sena tilef il-kontroll tal-quad-bike u nqaleb.
Aktar tard l-isptar hu ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura ħafifa, iżda l-passiġġiera ta’ 27 sena ma kinitx fortunata daqsu.