Tfajla Għawdxija tispiċċa fuq X-Factor Global

MESMERISING Malta audition!

😥 POWERFUL Performance by Michela Pace makes judge cry on the X Factor Malta 😥

Posted by X Factor Global on Thursday, October 18, 2018

Il-prova ta’ żagħżugħa Għawdxija quddiem il-ġurija ta’ X-Factor ta’ Malta spiċċat intgħażlet sabiex tiġi mxerrda fuq il-paġna ta’ Facebook magħrufa bħala X-Factor Global.

Il-paġna internazzjonali hija ċentru fejn bosta jistgħu jsibu wħud mill-aktar provi indimentikabbli li seħħew waqt il-programm televiżiv X-Factor minn madwar id-dinja kollha. Il-filmat s’issa rawh mas-799,000 persuna minn madwar id-dinja kollha u rċieva eluf ta’ likes, shares u kummenti.

Michela Pace ta’ 17-il sena marret fuq il-kompetizzjoni li għall-ewwel darba qed issir f’pajjiżna u kantat id-diska magħrufa Total Eclipse of the Heart ta’ Bonnie Tyler. Prova li ħalliet lill-ġurija Maltija impressjonata ferm u anke saħansitra emozzjonat lill-kantanta Maltija Ira Losco.