Tfajla Franċiża ssofri ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza tal-linja

Tfajla Franċiża ta’ 25 sena residenti l-Gżira sofriet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza tal-linja.

L-inċident seħħ is-Sibt filgħaxija għal ħabta tas-sebgħa fi Triq Mikiel Anton Vassalli, l-Imsida. Irriżulta li t-tfajla Franċiża intlaqtet minn karozza tal-linja misjuqa minn raġel ta’ 43 sena residenti Tas-Sliema.

It-tfajla ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn kienet iċċertifikata li sofriet ġrieħi ta’ natura gravi.