Fil-periklu tal-mewt wara li sabet diffikultà tgħum fl-Għadira

Tfajla barranija tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha wara li sabet diffikultà waqt li kienet qed tgħum fil-Bajja tal-Għadira.
L-inċident ġara dalgħodu għall-ħabta tat-8.25 a.m.
It-tfajla hi Daniża u għandha 16-il sena.
Kienet ommha stess li tatha l-ewwel għajnuna sakemm waslet ambulanza fuq il-post.