Tfajla fi Sqallija b’kura intensiva għall-coronavirus wara li kienet f’Malta

Read in English.

Tfajla minn Sqallija tinsab f’qagħda kritika wara li laqqtet il-coronavirus minn btala f’Malta.

Dan ġie rrappurtat mill-Giornale di Sicilia.

Hija rriżultat fil-pożittiv għall-coronavirus nhar il-Ħamis li għadda, u qiegħda tingħata kura intensiva fl-Isptar Cervello f’Palermo.

Sqallija din il-ġimgħa imponiet kwarantina ta’ ġimagħtejn fuq dawk kollha li jaslu lura minn Malta, mill-Greċja u minn Spanja, billi ġie nnutat għadd ta’ każijiet impurtati tal-coronavirus. Għadd fosthom huwa marbut ma’ Malta, inkluż cluster f’Canicattini Bagni. Dan wassal lis-Sindku tal-belt biex jikkritika n-nuqqas ta’ prekawzjonijiet f’Paceville.

L-Italja wkoll imponiet testijiet mandatorji tal-coronavirus għal dawk li jaslu lura minn Malta. Fl-ajruport ta’ Perugia nfetaħ ċentru tat-testijiet apposta għan-nies ġejjin minn Malta.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn