Aġġornata: F’qagħda serja t-tfajla li daħlet f’arblu bil-karozza

Tfajla ta’ 23 sena ttieħdet Mater Dei f'kundizzjoni serja, wara inċident tat-traffiku f’Burmarrad.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li t-tfajla, residenti l-Iklin, kienet qed issuq fi Triq Għajn Riħana għal ħabta tas-6am, xħin tilfet il-kontroll tal-vettura, qabdet bankina, qaċċtet siġra u bqgħet dieħla f’arblu.
Fuq il-post kellhom jissejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex joħorġu lit-tfajla mill-karozza.