Texas: Miljun persuna iktar jistgħu jġorru pistola

Texas immarka s-sena l-ġdida permezz ta’ liġi ġdida li tħalli miljun persuna jġorru pistola fil-pubbliku.
Iktar minn mitt persuna favur il-ġarr tal-pistoli nġemgħu fuq il-bieb tal-bini tal-capitol tal-istat f’jum is-Sena l-Ġdida b’pistola ma’ qaddha biex jiċċelebraw din il-liġi l-ġdida.
Filwaqt li dawk li jappoġġjaw din il-liġi qed jgħidu li dan se jfisser sigurtà pubblika aħjar, oħrajn qed jibżgħu li se twassal għal iktar vjolenza u sparar tal-massa. Il-President tal-Istati Uniti Barack Obama anke qed jikkunsidra juża l-poteri eżekuttivi tiegħu biex jimponi liġijiet iktar iebsin.