Texas issir l-ewwel stat li jirrifjuta lir-refuġjati wara ordni ta’ Trump

Nicole Borg

Read in English.

Il-Governant ta’ Texas, Greg Abbott, qal il-Ġimgħa li hu sar l-ewwel governant fl-Istati Uniti li rrifjuta li jaċċetta l-immigranti wara ordni eżekuttiva li tgħid li ġurisdizzjonijiet lokali għandhom attivament jipparteċipaw fil-programm ta’ rilokazzjoni federali.

Id-deċiżjoni ta’ Texas hija daħka fil-wiċċ tal-programm, hekk kif Texas kien l-aktar Stat li jdaħħal fih refuġjati fil-pajjiż.

“F’dan iż-żmien, l-Istat u l-NGOs tiegħu għandhom ir-responsabbiltà li jiddedikaw ir-riżorsi disponibbli lil dawk li diġà jinsabu hawn, inkluż refuġjati, immigrant u l-persuni li m’għandhomx djar,” qal Abbott f’ittra lid-Dipartiment tal-Istat. Qal li b’riżultat ta’ dan, Texas mhux se jkun qed jipparteċipa fil-programm ta’ rilokazzjoni għal din is-sena fiskali.

Rappreżentat tad-Dipartiment tal-Istat qal li l-ordni eżekuttiva ffirmata mill-President Donald Trump taffettwa biss id-deċiżjoni tal-gvern federali dwar fejn se jitpoġġew ir-refuġjati, b’mod immedjat, meta jaslu. Din ma tapplikax għas-sieħeb jew is-sieħba ta’ refuġjat jew inkella persuni li għandhom taħt il-21 sena u m’humiex miżżewġa u li qed jingħataw il-permess li jgħixu fl-Istati Uniti.

Ir-refuġjati inizjarjament ikunu qed jgħixu fi stat ieħor, għandhom il-possibilità li jmorru jgħixu f’Texas, iżda jekk jagħmlu dan mhux se jkollhom aċċess għall-benefiċċji tar-rilokazzjoni bħall-housing.