Tewmin magħquda minn żaqqhom jgħixu l-ewwel “miraklu”

Tewmin subien, li twieldu ftit ġimgħat ilu fl-Awstralja magħqudin minn żaqqhom, għaddew minn l-ewwel operazzjoni b’suċċess bit-tama li ftit xhur oħra jibdew jgħixu ħajja indipendenti.
Connor u Carter Mirabel huma meqjusa li qed jgħixu miraklu minkejja li twieldu qabel iż-żmien.
Dan għaliex għad li l-intervent li sarilhom kien wieħed kbir, dehru li bdew iwieġbu tajjeb mill-ewwel.
S’issa sarulhom msaren separati u sitt xhur oħra jridu jgħaddu minn operazzjoni oħra, li t-tobba jantiċipaw li wkoll għandha tirnexxi.