Tewmin għall-Prinċep ta’ Monaco u martu

Il-Prinċep Albert ta’ Monaco u martu, il-Prinċipessa Charlene, qed jistennew tewmin.
Dawn se jkunu l-ewwel trabi għall-koppja eredi għat-tron, u l-ewwel trabi li jkunu jistgħu jirtu t-tron wara missierhom, minkejja li l-Prinċep hu diġà missier ta’ żewġt itfal li twieldu barra ż-żwieġ.
Il-Prinċipessa stess ħabbret dan, f’intervista mar-riviżta Ingliża ‘Hello’, fejn qalet li hi u żewġha jinsabu kuntenti mmens bl-aħħar avveniment.