Tevita l-coronavirus jekk spiss tlaħlaħ imnieħrek bis-saline?

Breathe, health, woman

Read in English.

Skont l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO), m’hemm l-ebda evidenza li turi li jekk spiss tlaħlaħ imnieħrek bis-saline tkun qed tipproteġi lilek innifsek milli tlaqqat il-coronavirus. 

Il-WHO tgħid ukoll li hemm ftit evidenza li meta tlaħlaħ imnieħrek bis-saline b’mod regolari tgħinek tirkupra aktar malajr meta jkollok riħ komuni. Madanakollu, tlaħliħ regolari tal-imnieħer mhux mezz li jipprevjeni infezzjonijiet respiratorji. 

21stMarch-WHO-Coronavirus

X’inhuma l-helplines tal-Gvern dwar il-coronavirus?

  • 111 – Għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtieq iktar informazzjoni;
  • 22042200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’wieħed mill-pajjiżi ta’ riskju għoli u jridu jiġu lura Malta;
  • 21411411 – Għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċini.
  • 25981000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv u l-impatt tal-Coronavirus.
  • 21692447 – Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra.
  • 25903030 – Helpline għall-anzjani ta’ ‘l fuq minn 60 sena għall-mediċini, ikliet lesti, jew prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix 

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn