Tevez jispjega għala telaq mill-kampjonat Ċiniż

Carlos Tevez stqarr li d-deċiżjoni li jħalli lill-klabb Ċiniż Shanghai Shenhua, fejn kien qed jaqla’ £650,000 fil-ġimgħa, kienet waħda żbaljata.

Il-plejer ta’ 34 sena għażel li jmur lura ma’ Boca Juniors għat-tielet darba bl-għan li jikseb post fit-tim Arġentin li se jikkompeti fit-Tazza tad-Dinja. Sfortunatament, l-eks plejer ta’ Juventus, Manchester City, Manchester United u West Ham United sofra injury muskolari li temmet il-ħolma tiegħu li jmur ir-Russja.

Il-kowċ tal-Arġentina Jorge Sampaoli ħalla wkoll barra lil Mauro Icardi ta’ Inter Milan għalkemm dan irnexxilu jiskurja 29 gowl fis-Serie A u għen lil Inter jiksbu r-raba’ post fil-klassifika.