Testing obbligatorju għall-coronavirus fl-istat Awstraljan ta’ Victoria għal min jivjaġġa

REUTERS/Lucy Nicholson

Read in English.

Il-Kap tal-istat Awstraljan ta’ Victoria qal li se jimplimenta testing obbligatorju għall-coronavirus għal dawk il-persuni li jirritornaw fl-istat wara żieda qawwija fl-infezzjonijiet fl-aħħar ġimagħtejn.

Skont ir-Reuters, it-tieni l-aktar stat li fih joqgħodu nies kellu 49 każi ġodda l-Ħadd, l-ogħla numru f’aktar minn xahrejn. Fil-bqija tal-Awstralja ma kien hemm kważi l-ebda każijiet.

Il-Kap Daniel Andrews qal li bħal bushfire, it-trażżin tal-virus se jkun ta’ sfida. Dan qalu b’referenza għall-ħruq li kien hemm fl-aħħar tas-sena l-oħra madwar il-pajjiż.

Andrews qal li s-sitwazzjoni tista’ tiġi kkontrollata u saħaq li t-testing u t-tracing huma l-aktar affarijiet effettivi li jistgħu jsiru.

Uffiċjali ta’ Victoria din il-ġimgħa qalu li madwar 30% tar-returning travellers irrifjutaw test tal-COVID-19. Andrews qal li issa dan se jsir bilfors. L-Awstralja tirrekjedi wkoll li dawk in-nies lokali li jirritornaw iridu joqgħodu kwarantina f’lukanda għal ġimagħtejn.