Testijiet qabel l-Imdina GP 2013

Nhar il-Ħadd 6 ta' Ottubru se jiġu ppruvati l-karozzi li se jieħdu sehem fl-iMdina Grand Prix 2013.

Tim ta' speċjalisti  bejn id-9 am u l-4 pm se jiċċekjaw il-magni u s-sigurta' ta' dawn il-karozzi.

Din l-attivita' se ssir fil-parkeġġ ta' SmartCity Malta.

Il-pubbliku b'mod speċjali d-dilettanti tal-karozzi huma mħeġġa li jattendu.

‘Le Concours d’Elegance’ se ssir il-Ġimgha 11 ta' Ottubru.

Is-Sibt 12 ta' Ottubru, se jkun hemm provi u kwalifiki bil-ħin.

Il-Ħadd 13 ta' Ottubru jkun hemm it-tlielaq b'kategoriji differenti.