Testijiet fuq l-elettriku għaċ-ċentru l-ġdid tal-onkoloġija

Bdew it-testijiet fuq substation ġdida hekk kif il-preparamenti għaċ-Ċentru tal-Onkoloġija jinsabu għaddejjin.
L-automation system tas-substation se tkun integrata mas-sistema eżistenti u dik ta’ emerġenza li hemm fl-isptar Mater Dei.
Il-proċess jitlob li jkun hemm qtugħ tal-elettriku ippjanat u kkontrollat fl-isptar biex isiru t-testijiet meħtieġa fis-sistema.
Żoni li huma ferm importanti fil-ħidma tal-isptar Mater Dei huma armati bis-sistemi tal-UPS u għalhekk mhux se jiġi affetwati waqt it-testijiet.
Il-proċess kollu jiddetermina li s-sistema tal-elettriku fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija tkun taħdem kif suppost la darba ċ-ċentru jibda jopera.